It-Talenti Tagħna

Aħna t-tfal tal-klassi 5 ‘Turtles’ għamilna attività fil-klassi fejn aħna lkoll qsamna ma’ xulxin ftit informazzjoni dwar it-talenti u l- kapaċitajiet tagħna.

Matul din l-attività kellna ċ-ċans ngħaddu ftit informazzjoni dwar dak li aħna nħobbu nagħmlu l-aktar. Ħadna gost ħafna nisimgħu lill-xulxin. Kien hemm min qal li jħobb jiżfen. Oħrajn qalu li kapaċi jisimgħu kanzunetta u jkantaw magħha filwaqt li jiżfnu quddiem il-mera. Tfal oħrajn qalu li jieħdu pjaċir ipinġu jew jagħmlu l-‘crafts’. Kienu bosta li qalu li jħobbu jieħdu sehem f’attivitajiet sportivi bħal ġiri, għawm, ġinnastika, futbol u tlielaq tar-roti fost oħrajn. Kien hemm ukoll min iħobb imur jistad jew jgħaddi xi ftit mill-ħin liberu tiegħu jilgħab fuq il-kompjuter. Ma bsarnix li fost sħabna tal-klassi hemm min jaf jirkeb fuq iż-żiemel. Skantajna wkoll meta wieħed minn sħabna qal li beda jmur għal-lezzjonijiet tal-‘boxing’.

Ħadna gost ħafna b’din l-attività li għamilna fil-klassi matul l-ewwel ġimgħa tal-iskola. Bis-saħħa t’hekk sirna nafu aħjar lil xulxin.

Year 5 Turtles

Advertisements