Leopards

Il-klassi tagħna tas-6.3 għandna t-titlu ta’ ‘Leopards’. Aħna kuntenti li nissejħu hekk. L-għalliem tagħna s-Sur J. Scicluna uriena vidjo tad-‘Discovery Channel’ fuq il-ħajja tal-leopardi fis-savanna tal-Afrika. Kemm dehru ħelwin il-leopardi żgħar iduru ma’ ommhom li veru kienet qed tieħu ħsiebhom u titmagħhom tajjeb. Tammiraha miexja b’dawk id-dabriet suwed fuq l-isfar qalb il-ħaxix u s-siġar!

Thomas u Maruska għamlu powerpoint fejn spjegaw bi stampi fuq il-leopard. Kylie għamlet chart fuqhom ukoll. Gabriel penġa leopard. Bħala klassi pinġejna leopard kull student li mbagħad waħħalnihom fuq kartonċina.

 

Aħna bħala klassi kburin li nissejħu leopardi.

Year 6 Leopards

Advertisements