L-Uniformi tal-Iskola

Nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Ottubru, fil-klassi kellna diskussjoni importanti. Id-diskussjoni kienet dwar jekk naqblux li nilbsu l-uniformi għall-iskola jew le. L-għalliema poġġiet erba’ siġġijiet f’forma ta’ ċirku. L-ewwel ħarġu erbat itfal biex jgħidu l-opinjoni tagħhom. Wara ġew erbat itfal oħra, sakemm kulħadd ta l-opinjoni tiegħu. Xi wħud mill-opinjonijiet kienu:

  • L-uniformi tagħmilna aktar ‘smart’ iżda bil-‘PE kit’ inkunu aktar komdi.
  • L-uniformi tiswa’ ħafna flus u moħħi jaħdem aħjar meta nkun liebes ħwejjeġ komdi u ‘casual’.
  • Xi drabi tkun ħafna sħana bl-uniformi u drabi oħra inħossu il-bard.
  • Nistgħu nilbsu ħwejjeġ ‘casual’ u fuqhom inwaħħlu ‘pin’ jew ‘badge’ bl-arma tal-uniformi.
  • Naqbel mal-uniformi għax m’għandekx għalfejn toqgħod tħabbel moħħok fuq il-ħwejjeġ li trid tilbes kull filgħodu.
  • Il-ħwejjeġ ‘casual’ huma aktar prattiċi.
  • Ma naqbilx għax l-uniformi hija skomda meta nuża il-‘bathroom’ u wkoll, idejquni l-ingravata u l-ġakketta.
  • L-uniformi iġġiegħlni nħossni ‘smart’ meta nkun qegħda l-iskola naħdem.
  • Ma naqbilx mal-uniformi għax ikolli qmis, qalziet u flok wieħed u ma nkunx nista’ naħsilhom matul il-ġimgħa għax inkella ma jkollix x’nilbes.
  • Ma jogħġbunix il-kuluri tal-uniformi għax qisna l-bandiera tal-Paraguai u Chili.
  • Jiena ma nkunx irrid nilbes id-dublett għaliex fix-xita inħoss il-bard u jdejjaqni jtir. Nippreferi nilbes it-‘tracksuit’.
  • Naqbel mal-uniformi meta jkollna xi ħarġa imma jiena inħobb inħossni liberu u mhux irrid nilbes xi ħaġa li ma togħġobniex bil-fors!

Kemm ħadna gost nisimgħu l-opinjoni ta’ xulxin. Forsi xi darba it-tfal li jmorru skola primarja ma jkollhomx għalfejn jilbsu l-uniformi!

Kemm dħakna fl-aħħar tad-diskussjoni! Kien hemm min issuġġerixxa li niġu l-iskola bil-PIĠAMA!! Mur arana!

Year 5 Whales

Advertisements