Is-Sigurta` fit-Toroq

Din il-ġimgħa tkellimna fuq is-sigurta` fit-toroq.

Bdejna l-lezzjoni billi rajna clip mil-aħbarijiet lokali fuq inċident li sar f’Malta.  Dan wassalna biex nirriflettu ftit u niddiskutu fi gruppi xi punti li jgħinuna nevitaw l-periklu fit -toroq.

Inqsamna fi tlett gruppi fejn kull grupp kellu jirrifletti fuq ir-responsabilita` ta’nies differneti.  Il-punti  jitnizlu fuq chart.

L-ewwel grupp kellu jiddiskuti fuq l-irwol tal-padestian meta jaqsam it-triq.

Bl-għajuna u l-gwida ta’ l-għalliema dawn huma il-punti li ħarġu minn din il-perspettiva:

  • Naqsmu billi nuzaw iz-zebra cross jew il-lights.
  • Noqogħdu attenti x’nilbsu meta ikun id-dlam għax minħabba ħwejjeġ skuri jista’ iwassal li x-xufiera ma jarawniex.
  • Inħarsu fuq l-lemin u ix-xellug meta inkunu qedgħin nagħmlu dan.
  • Noqogħdu attenti li x-xufier jarana.
  • Nimxu fuq il-bankina fejn possibli.
  • Noqogħdu attenti speċjalment f’ salib it-toroq.
  • Naraw li l-karozzi kollha waqfu.

It-tieni grupp iddiskuta l-irwol tax-xufiera.

  • L-ebda xufier m’għandu isuq u jkun għajjien, taħt l-effett ta’ l-alkahol jew medicini li jraqdu.
  • Ix-xufiera għandhom iħarsu is-sinjali tat-traffiku.
  • Izzomm l-veloċita` meħtieġa.
  • Ma juzax it-teknologija, ezempju mobajl waqt is-sewqan.

It-tielet grupp iddiskuta u waħħal stampi fuq kif taċ-ċiklisti u l-muturi jistgħu jkunu protetti.

  • Għandu jintuza l-elmu għal protezzjoni.
  • Ix-xufiera għandhom iħarsu is sinjali tat-traffiku.
  • Izzomm l-veloċita` meħtieġa.
  • Meta nsuqu r-rota jew il-mutur, nilbsu ħwejjeġ jixgħelu biex jarawna sewwieqa oħra.

Wara d-diskussjoni fil-gruppi ħriġna quddiem il-kumplament tal-klassi biex naqsmu l-ħsibijiet tagħna ma’ ħaddieħor.  Bla dubbju, din il-lezzjoni għallmitna naħdmu fi gruppi kif ukoll inqassmu x-xogħol bejnietna; min ħa ħsieb li jikteb, min li jpenġi u min jirrapporta x’intqal.  Fakkritna wkoll kif għandna inkunu siguri fit-toroq. Barra minn hekk, preparatna għal-lezzjoni ta’ wara fejn għamilna taħriġ l-fehem b’ titlu “Aqsam fuq l-aħdar”.

Year 5 Dolphins

Advertisements