Book Fair 2016

Aħna morna mall-klassi tagħna nixtru l-kotba mill-Book Fair. Jiena xtrajt ktieb sabiħ bħal ta’ ħabibti.. Kien hemm ħafna u ħafna studenti oħra. Min jaqra u min jixtri l-kotba. Bilkemm stajt niċċaqlaq bit-tfal li kien hemm. wara morna nieklu u waqt il-logħob ħabibti waqgħet u weġġat għajnejha.. Fis-siegħa ġiet il-prajvit għalina u morna lura lejn l-iskola. Kulħadd kien għajjien imma ferħan.

Elizia Buttiġieġ

Il-Ħamis li għadda morna sal-belt. Il-belt kien hemm il-Book Fair minn fejn stajt tixtri l-kotba.  Fil-bieb kien hemm wieħed raġel li tana voucher ta’ 3 euro biex inkunu nistghu nixtru l-kotba. Wara dħalna ġo  sala fejn bdew jaqrawlna minn kotba differenti. Tgħidx kemm ħadna gost il-belt. Wara li ħriġna mis-sala morna nilgħabu l-barrakka t’ isfel għal ftit minuti. Wara ġiet il-prajvit u morna lura lejn l-iskola.

Cheyenne Vella

Il-klassijiet kollha tal-ħames sena morna ħarġa sal-belt. Morna f’ dar il-Mediterran il-belt biex naraw u nixtru l-kotba. Jiena xtrajt 3 kotba sbieħ. Jien u sħabi tgħidx kemm ħadna gost. Wara li xtrajna l-kotba morna nieklu u lagħbna Uno, catch u noli. Kemm ħadna gost

Mariah Galea

Aħna morna ħarġa sal-belt biex nixtru l-kotba. Meta wasalna rajna ħafna kotba kemm għat-tfal kif ukoll għal kbar. Jiena xtrajt seba’ kotba. Propjament xtrajt sitta u s-seba’ wieħed bdew jagħtuh b’ xejn u jien ħadt wieħed. Wara morna biex nilgħabu l-barrakka. Hemmhekk l-ewwel kilna l-ħobż li ħadna magħna imbagħad is-sir ħallielna nilgħabu.

Nicholas Craus

Il-Ħamis filgħodu ħriġt ma’ tal-iskola. Il-ħarġa kienet il-belt biex naraw il-Book Fair. Kif wasalna tawna ċappetta ħadra tal-karti kif ukoll 3 euro voucher. Kif dħalna is-sir qalilna bex ma nibdewx nonfqu l-flus mill-ewwel imma l-ewwel naraw x’ hemm sew imbagħad nixtru. Jiena xtrajt ktieb għal ommi fuq it-tisjir u ieħor għalija fuq il-karozzi. Wara rajna play u ħadna brejk fi ġnien. Wara ġiet il-prajvit għalina.

Kyrov Buhagiar

Jiena ħriġt ma tal-iskola. Aħna morna l-belt Valletta. In-nies tawna voucher ta’ 3 euro b’ xejn biex nixtru l-kotba. Jien xtrajt tlett kotba sbieħ ħafna. L-aktar ktieb li għoġobni huwa Narnia. Wara li xtrajna l-kotba morna naraw play żgħira. Hemmhekk stess. Wara morna nieklu biċċa ħobż tajba. Wara li kilt il-ħobż  mort nilgħab ma’ sħabi. Wara li lagħbna ġiet il-prajvit. Il-vera ħadt gost.

Matthias Scerri

Year 5 Seals

Advertisements