Logħob Folkloristiku Malti

Fil-bitħa tal-iskola aħna lgħabna xi logħob folkloristiku Malti. Aħna lgħabna:

Bum Bum il-Bieb

Din il-logħba tintlagħab billi żewġ gruppi ta’ tfal joqogħdu faċċata ta’ xulxin. Huma jżommu jdejn xulxin. L-ewwel grupp jimxi ‘l quddiem u lura waqt li jkanta. It-tieni grupp ukoll jimxi ‘l quddiem u lura waqt li jkanta. L-ewwel grupp irid jagħżel lil xi ħadd mill-grupp l-ieħor. Waqt li jkomplu jkantaw iż-żewġ gruppi jaraw x’ħa jagħtu lil din il-persuna. Fl-aħħar din il-persuna tmur mal-grupp l-ieħor. Wara l-logħba terġa’ tibda.

Iż-Żunżana Ddur Iddur

Din il-logħba tintlagħab bejn grupp ta’ tfal ta’ aktar minn tlieta. Kulħadd ipoġġi f’ċirku waqt li titkanta din it-taqbila. Xi ħadd mill-grupp ikun qed jiġri madwar dan iċ-ċirku b’ġebla żgħira. Malli tispiċċa t-taqbila, min ikun qed jiġri jpoġġi l-ġebla wara dahar dik il-persuna fejn ikun wasal. Min ikollu l-ġebla warajh imbagħad irid iqum jigri wara dik il-persuna u jipprova jaqbadha. Jekk din il-persuna tinqabad tmur tpoġġi f’nofs iċ-ċirku. Jekk ma tinqabadx tpoġġi flok min ikun qed jiġri warajha. Min ikun qed jiġri warajha jkompli l-logħba.

It-Tiġieġa l-Għamja

F’din il-logħba xi ħadd ikollu għajnejh mgħottija u jrid jipprova jaqbad lil xi ħadd mit-tfal l-oħra. Min jinqabad ikun hu t-Tiġiega l-Għamja.

Il-Qattus u l-Ġurdien

F’din il-logħba grupp ta’ tfal jżomm idejn xulxin ġo ċirku, b’xi ħadd li jkun qattus barra u xi ħadd li jkun ġurdien ġewwa. It-tfal jgħollu u jniżżlu jdejhom biex jippermettu jew jimblukkaw il-passaġġ fil-ġirja ta’ dak li jkun il-qattus wara ta’ dak li jkun il-ġurdien, sakemm jaqbdu. Meta l-ġurdien jinqabad il-logħba terġa’ tibda bi tfal differenti.

Il-Ġbid tal-Ħabel

Żewġ gruppi ta’ tfal joqogħdu faċċata ta’ xulxin. Huma jridu jiġbdu l-ħabel. Jirbaħ dak il-grupp li jiġbed l-aktar il-grupp l-ieħor lejh.

Year 3 Ladybirds

Advertisements