Il-Monstru Misterjuż

Din il-ġimgħa kelna lezzjoni tal-kitba kreattiva kemmxejn differenti mis-soltu. L-ewwel bdejna b’ qari ta’ storja. Tgħallimna kemm  huwa importanti li meta naqraw storja  naraw liema huma l-karattri kif ukoll il-post fejn tkun qed issir. Din l-istorja kienet dwar tifla li jisimha Karina li kienet tmur fil-foresta għax kella kurżita’ dwar kif kien il-mostru Serafin  li kulħadd kien isemmi u kellu ideat differenti dwar kif inhu imma ħadd qatt ma kien għadu rah. Fl-aħħar Karina irnexxielha tiltaqa’ miegħu.

Xogħolna kien li naħsbu kif kien dan il-monstru u npinġuh. Wara li kulħadd kellu ċans ipinġi kien il-ħin biex nibdew niktbu l-istorja aħna dwar il-monstru Serafin. Bdejna niddiskrivu kemm għandu partijiet tal-ġisem, x’kulur hu, kif jidher jekk hux kbir jew żgħir u x’għandu speċjali.

Wara kellna ċans li nisimgħu lil xulxin għalhekk xi ftit minna qraw l-istejjer li kienu għadhom kif kitbu.

Year 3 Dragonflies

Advertisements