Kif Tqassam il-Flus

Nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Novembru il-klassi tagħna, attendiet laqgħa speċjali dwar kif nistgħu nagħmlu użu tajjeb tal-flus. Din il-laqgħa saret ġewwa skola f’Birkirkara.

Hemmhekk iltqajna ma’ għalliema u bdiet tkellimna fuq kif inqassmu kieku jkollna somma flus – “Il-Baġit”. Hi tatna somma ta’ madwar 15-il Ewro u kartuna b’dettalji ta’ kif irridu nonfquhom. Kif konna fi gruppi tat-tfal bdejna niddiskutu. Qassamna l-flus kif l-aħjar li ħsibna biex nonfquhom kollha bla ma jkollna d-dejn. Meta lestejna urejnihom lill-għalliema  kemm għamilna baġit tajjeb.

L-għalliema wrietna powerpoint u fl-aħħar għamlitilna kwiżż. Bħala tifkira tatna pinna kulur blu lil kull student. Aħna nħossuna li tgħallimna ħafna minn din il-ħarġa.

Year 6 Leopards

Advertisements