Duq il-Qawsalla

Aħna tfal tal-5.1 Turtles, flimkien mal 5.3 Sharks u 5.5 Dolphins morna l-Home Economics Centre B’ Kara u tgħallimna kemm il-frott u l-ħaxix huma importanti għal-saħħitna.

Wasalna l-iskola Primarja ta’ Birkirkara fejn laqgħuna tliet għalliema li kienu se jieħdu ħsiebna sakemm inkun hemm. Huma introduċew ruħhom magħna u qaluna bil-programm li kellhom lest għalina. Kollox beda juri li kienet se tkun ġurnata mimlija tagħlim u attivitajiet sbieħ.

Imxejna ma’ Mrs Stephania Attard Vella lejn il-klassi fejn kellna nibew l-attivita’ bl-isem Duq il-Qawsalla.

Bdejna niddiskutu x’nistgħu nieklu biex iħossuna aktar f’saħħitna. Minn din id-diskussjoni beda joħroġ biċ-ċar kemm il-‘Junk food’ huwa ħażin għal saħħitna u kemm hemm bżonn li nieklu aktar frott u ħaxix. Tgħallimna wkoll kemm fihom nutrijenti u vitamini  l-frott u l-ħaxix li nieklu. Ħadna gost ħafna nisimgħu storja bl-istampi interessanti fuq erbat itfal li bdew jgħinu bidwi fl-għalqa tiegħu. Dan il-bidwi beda jgħidilhom li l-ħaxix u l-frott huma importanti u qalilhom ukoll għaliex hemm il bżonn li ħafna aktar nies jieklu aktar frott u ħaxix.

Fir-rikreazzjoni ħadna ħalib frisk u kilna il-healthy lunch tagħna.

Wara r-rikreazzjoni erġajna lura fil-klassi ma’ Mrs Stephania fejn ħadna gost nagħmlu kwizz fuq Ħaġa Moħġaġa. Inqsamna f’erba’ gruppi u ridna naqtgħu il-frott jew ħaxix li bdew jagħtuna informazzjoni dwarhom.

Sewwa jgħidu li l-ħin itir meta tkun qed tieħu pjaċir. Kienet esperjenza sabiħa u interessanti ħafna u żgur ser nibqgħu niftakru dak li tgħallimna  biex nieklu aktar frott u ħaxix  għall-gid tas-saħħa tagħna.

Year 5 Turtles

Advertisements