Kieku Kelli Nsiefer

Matul din il-ġimgħa tkellimna dwar pajjiżi differenti li jinsabu fl-Ewropa. L-għalliema talbitna naħsbu dwar liema pajjiż inżuru li kieku kellna biljett tal-arju għal pajjiż li rridu aħna. Id-dar għamilna ftit riċerka dwar dan il-pajjiż partikolari: b’liema lingwa jitkellmu, x’ikel jieklu, x’kuluri għandha l-bandiera u kien hemm min sab xi kliem bil-lingwa tal-pajjiż ukoll! Permezz tal-informazzjoni li sibna ħloqna ċart/poster li ppreżentajniha lil sħabna tal-klassi. Iktar tard matul il-ġimgħa, użajna din l-informazzjoni fil-kitba kreattiva tagħna.

Iżda l-iktar attivita’ li ħadna gost nagħmlu hi li bdejna niżbgħu l-għaġin u nwaħħluh fuq il-kartonċin sabiex niffurmaw bnadar ta’ pajjiżi differenti. Kemm aħna eċitati biex inkomplu l-bnadar tal-pajjiżi l-oħra wkoll!

Year 3 Bees

Advertisements