Ħobż biż-Żejt

Din il-ġimgħa l-lezzjoni tal-kitba kreattiva għamilniha fil-kċina tal-iskola.  Xogħolna kien li nagħtu istruzzjonijiet kif tagħmel ħobż biż-żejt.

Qabel ma bdejna r-riċetta tagħna, ħsilna idejna sewwa.  Imbagħad qsamna l-ftira jew il-panina min-nofs.  Wara dlikna l-ħobż bil-kunserva jew bit-tadam.  Imbagħad ferrixna t-tonn taż-żejt fuq il-ħobż.  Żidna xi ingredjenti oħra bħall-kappar, żebbuġ, tadam, ħass, ħjar, bajd iebes u ġbejniet.  Dawn l-ingredjenti taw  togħma bnina lill-ħobża biż-żejt.  Kif lestejna kilniha.  Tgħidx kemm ġiet tajba u niżlet għasel ukoll!

Fl-aħħar niżżilna l-istruzzjonijiet kollha li mxejna fuqhom biex għamilna l-ħobża biż-żejt.  F’din il-lezzjoni tgħidx kemm ħadna gost u mlejna żaqqna ukoll!

Jekk ftaħnilkom l-aptit, aqbdu l-ingredjenti u agħmlu bħalna.  L-ikla t-tajba ħbieb!

Year 4 Flamingos!

Advertisements