Aħna Kittieba Żgħar

Il-ġimgħa l-oħra l-klassi tagħna tat-3.4, waqt il-lezzjoni tal-kitba kreattiva, ktibna storja. L-ewwel rajna stampa ta’ xadina u kukkudrill. Aħna ħsibna x’seta’ ġara qabel, waqt u wara din l-istampa. Fi gruppi ħsibna u  ddiskutejna ftit punti dwar din l-istorja. Wara, flimkien mal-għalliema ħdimna fuq il-pjan tal-istorja tagħna. Organizzajna l-pjan u ħsiebna ukoll f’titlu li nistgħu nagħtu lill-istorja tagħna. Meta lestejna kollox, bdejna niktbu l-istorja tagħna fuq il-pitazz. Għal kull storja ħsibna ukoll f’tagħlima li aħna nistgħu noħorġu mill-istorja tagħna. Meta lestejna il-kitba kreattiva tagħna, aħna ħadna pjaċir naqrawha u nisimgħu l-ideat differenti ta’ xulxin.

Year 3 Butterflies

Advertisements