Għal żaqqna ma ngħidux le!

Fil-jiem li għaddew waqt il-lezzjonijiet tal-Malti konna qed nitgħallmu kif niktbu istruzzjonijiet fil-qosor. Fosthom ktibna istruzzjonijiet dwar: kif tagħmel ħobża biż-żejt, kif issuq ir-rota, kif tagħmel kikkra te`, kif tfittex informazzjoni fuq l-internet u ħafna oħrajn.

Marbut ma’ dan, aħna għamilna attività li fiha kellna nsegwu istruzzjonijiet sabiex nagħmlu PIZZA FTIRA. Tgħidx kemm ħadna gost meta sirna nafu li se nsajru xi ħaġa l-iskola mal-ħbieb.

Għal din ir-riċetta ħafifa kellna bżonn: ftira, zalza tal-pizza, affarijiet għal fuq il-wiċċ skont il-gosti tagħna u ġobon maħkuk.

Dawn huma l-istruzzjonijiet sabiex tagħmel il- PIZZA FTIRA:

Aħna hekk għamilna u niżlitilna għasel fil-kumpanija ta’ sħabna… u dak il-ġobon jiġġebbed!!

Year 6 Tigers

Advertisements