Films Popolari fil-Klassi Tagħna

Il-Ġimgħa li għaddiet, tkellimna fuq l-isbaħ film li qatt rajna.

Għamilna lista tal-films favoriti u rajna kemm hemm tfal li iħobbuh.  Nizzilna din l-informazzjoni fuq il-board u wara ħriġna Bar Graph!  Sitt subien jippreferu “The Fast and the Furious” għax iħobbu ħafna l-karozzi u l-ġiri.   Ħames studenti oħra jħobbu “The Never Ending Story” minħabba li t-tema ta’ dan il-film intuża fil-karnival waqt żifna tal-ħabiba tagħna.  Rajna t-“trailers” ta’ dawn iż-żewġ films.

 

Fi gruppi, għamilna l-punti għall-komponiment.  Qsamna l-punti tagħna mal-kumplament tal-klassi. Wara ktibna l-komponiment weħidna.

F’din il-lezzjoni aħna għamilna ftit minn kollox! Aħna tkellimna, ktibna, rajna filmat u għamilna ftit Matematika waqt li ħadna gost!

Year 5 Dolphins

 

Advertisements