Matul il-vaganzi tal-Għid l-għalliema staqsietna nfittxu ftit informazzjoni dwar personaġġi Maltin importanti. Kellna tliet personaġġi b’kollox – Dun Karm Psaila, Dun Mikiel Xerri u San Ġorġ Preca. Kulħadd ingħata isem ta’ personaġġ wieħed u wara li għamilna riċerka dwarhom ippreparajna preżentazzjoni.
Hekk kif dħalna lura mill-vaganzi kulħadd għamel il-preżentazzjoni tiegħu. Għal ftit ħin konna aħna li qed ngħallmu lil sħabna. Kulħadd sema’ lil xulxin u l-preżentazzjonijiet kollha kienu sbieħ.
Wara ingħaqadna fi gruppi. Kull grupp kellu personaġġ differenti u flimkien ktibna dak kollu li konna tgħallimna dwar dak il-personaġġ. Ħadna gost naħdmu flimkien.
Hekk kif lestejna qsamna dak kollu li ktibna mal-bqija tal-klassi u niżżilna l-informazzjoni fi gradilja.
Fl-aħħar qbadna l-ktieb tal-iStudji Soċjali. Kien hemm mistoqsijiet dwar dawn it-tliet personaġġi u tafu xiex? Kollha konna nafu nweġbuhom!
Year 4 Owls